L-Istorja tas-Socjeta' Filarmanika Prekursur A.D. 1929

 

L-ghaqda Filarmonika Prekursur tax-Xewkija Ghawdex, giet imwaqqfa fit-13 ta' Mejju 1929 mis-Sur Wenzu Cauchi u s-Surmast Andrea Borg.  L-ghan ewlieni tat-twaqqif ta' din l-ghaqda kien li tigi mwaqqfa banda Muzikali fix-Xewkija, sabiex din tiehu sehem fil-jiem tal-festa tat-Twelid ta' San Gwann Battista, Patrun tar-rahal tax-Xewkija.  Il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, mexxa l-ewwel laqgha tal-kumitat nhar it-Tnejn, 13 ta' Mejju 1929.  Dan l-ewwel kumitat hadem bis-shih sabiex din il-holma tal-poplu tax-Xewkija, li jkollu l-banda tieghu jssir rejalta`.

 

 
minuti.jpg
 L-ewwel minuti ta' l-ewwel  laqgha ufficjali tal-Banda

 

 

Kien fl-1 ta' Jannar 1930 meta l-banda daqqet ghall-ewwel darba marcijiet fix-Xewkija fl-okkazjoni ta' l-ewwel tas-sena.  F'Gunju ta' l-istess sena l-banda hadet sehem attiv fil-festa ta' San Gwann Battista, fejn il-banda zanznet standard waqt li daqqet diversi marci mat-toroq tax-Xewkija u esegwiet programm fil-Pjazza tax-Xewkija taht is-Surmast Andrea Borg.  L-ewwel servizz tal-banda barra mir-rahal kien meta hadet sehem fil-festa tal-Madonna ta' Lourdes, l-Imgarr, Ghawdex nhar is-17 ta' Lulju 1930.

 

ritratt_banda_1932.jpg
 
                               Ritratt Banda 1932

 

Sa mill-ewwel granet mit-twaqqif tal-banda Prekursur, ta' spiss kienet tkun mistiedna biex tiehu sehem fil-festi titulari li jigu ccelebrati fl-irhula t'Ghawdex u ta' Malta, u celebrazzjonijiet ta' festi nazzjonali.  Il-banda Prekursur hadet sehem fic-celebrazzjonijiet li jikkommemoraw l-Inkoronazzjoni tar-Re Gorg Vl.  Fl-1934 il-moviment tal-Boy Scouts inghaqad mall-banda Prekursur u sar parti integrali ma l-istess banda.  Fis-sena 1936 il-Gvernatur ta' Malta Sir Charles Bhoam Carter ghamel zjara fil-kazin tal-banda, fejn gie milquh bid-daqq ta' marci brijuzi.  Fil-31 ta' Lulju 1938 l-banda prekursur qasmet il-fliegu tal-gzejjer Maltin ghall-ewwel darba u hadet sehem fil-festa ta' Marija Addolorata f'San Pawl il-Bahar fejn ghamlet marc u programm muzikali.  Madanakollu ghall-ahhar tas-sena 1939, l-attivitajiet kollha tal-banda kellhom jieqfu hesrem, billi faqqghet it-tieni gwerra dinjija fejn il-kazin tal-banda kien gie rekwizizzjonat mill-militar.

 

 
ritratt_banda_prekursur_pjazza_t-tokk_rabat1934.jpg

 

Fil-bidu tas-sena 1956 grupp ta' dilettanti tal-muzika, fosthom Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, Ganninu Haber, Zakkarija Cilia, Ganni u Guzepp Vella, Toni Curmi u ohrajn, ghamlu l-isforz taghhom kollu sabiex jergghu jqajmu l-banda Prekursur.  It-tabib Henry Copperstone mexxa l-ewwel kumitat u s-surmast Andrea Borg rega` ge mahtur bhala surmast direttur tal-banda Prekursur mghejjun min Patri Gabrijel Farrugia.

 

Fis-Sena 1957 il-banda hadet sehem fil-festa ta' San Gwann Battista fix-Xewkija.  Il-banda kienet mistiedna sabiex tiehu sehem f'diversi festi titulari f'irhula ohra, kif ukoll fil-festi ta' San Gorg u ta' Santa Marija tar-Rabat, t'Ghawdex.  Hija hadet sehem ukoll fil-festi nazzjonali u fil-karnival, billi hadet sehem fil-karrijiet, fil-maskli grotteski u fil-kumpaniji taz-zfin.  Sa mit-twaqqif taghha l-banda ta' sikwit kienet tkun mistiedna biex tmur Malta sabiex tiehu sehem f'diversi festi titulari fosthom, San Pawl il-Bahar, San Giljan, Hal  Qormi, tas-Sliema u l-Mellieha.  Hadet sehem ukoll fil-karnival ta' Malta li jssir fil-belt Valletta.

 

 
ritratt_banda_1957.jpg

 

Sal-lum il-gurnata, l-banda kellha jmexxuha 15 il-president, l-ewwel wiehed il-Kavallier Lorenzo Zammit Haber, It-Tabib Pawlu Borg Olivier, Guzeppi, Zammit, Mikiel Zammit, Joseph J. Vella, It-Tabib Henry Copperstone, it-Tabib Victor Attard Bondi, Francis Zammit Haber, Wenzu Camilleri, Toni Camilleri, it-Tabib John Xuereb Dingli, John Haber, Wistin Dingli u Louis Vella.  Surmastrijiet imexxuha kellha sitt diretturi muzikali.  Il-fundatur Maestro Andrea Borg fejn idderiega l-banda mill-1930 sal-1961.  Is-surmast Andrea Borg ikkompona diversi bicciet muzikali, l-aktar importanti fosthom l-Innu l-Kbir, La Nativita` Di San Giovanni Battista.  Fit-12 ta' Settembru 1959 taht id-direzzjoni tas-surmast Andrea Borg il-banda Prekursur kienet l-ewwel banda li daqqet L-Innu lil Ghawdex, miktub mill-Prof. Joe Vella. 

 

ritratt_banda_prekursur_pjazza_t-tokk_rabat_1959.jpg
 

 

It-tieni surmast tal-banda kien Mro Carmelo Borg li dam imexxi din il-banda ghal madwar seba` snin.  Mro Guzeppi Farrugia kien it-tielet surmast direttur ta' din il-banda.   Huwa dam imexxiha ghal aktar min dsatax il-sena.  Dan is-surmast jibqa` imfakkar ghal fatt li taht id-direzzjoni tieghu daqqet ghall-ewwel darba l-Innu l-Kbir “La Nativita` Di San Giovanni Battista”.  Ir-raba` surmast tal-banda Prekursur kien iz-zaghzugh surmast Colin Attard li dam imexxija ghal sitt snin.  F'Ottubru tal-1993 l-banda prekursur fdat id-direzzjoni f'idejn Mro Andrew Coleiro.  Taht is-surmast Andrew Coleiro l-banda marret it-Tunezija fejn ghamlet marc u programm.  Iz-zjara tal-banda Prekursur fit-Tunezija kienet grajja kbira ghal din il-banda, ghaliex din kienet l-ewwel darba li l-banda halliet xtutna flimkien ma hafna ammiraturi taghha  u daqqet f'pajjiz barrani.  Gewwa t-Tunezija l-banda Prekursur giet milqugha tajjeb hafna, fejn daqqet diversi marci f'Port Kantau u esegwiet programm muzikali fil-belt ta' Susa.  Dan is-Surmast dam imexxi l-banda ghal erba` snin. Is-sitt surmast direttur tal-banda huwa Mro Tonio Borg li gie mahtur surmast direttur f'Lulju 1997.  Taht dan is-surmast l-banda marret l-Italja, fejn ghamlet programm muzikali fil-Palazzo di Congressi f’Telese u marc u programm muzikali fil-knisja parrokjali ta’ San Barbato f’Castelvenere.  Dan is-surmast prezentament huwa surmast direttur ukoll tal-banda Imperial tal-Mellieha.

 

Sa mil-1965 l-Ghaqda Filarmonika Prekursur kellha l-kazin taghha fi Triq Santa Katerina.  Illum il-gurnata l-ghan tal-banda huwa li tghallem il-muzika, torganizza affarijiet kulturali, socjali u torganizza l-festi ta' barra tal-Patrun Taghna San Gwann Battista, billi tiehu sehem b'diversi servizzi matul il-gimgha tal-festa fejn tesegwixxi l-Innu l-Kbir La Nativita` Di San Giovanni Battista.  Tiehu hsieb li tistieden il-baned barranin sabiex jiehdu sehem fil-festa.  Ghal dawn l-ahhar tletin sena din il-banda harget xejn inqas min 25 kassett bl-isem Allegrija, 2 kassett bl-isem Addolorata, 9 compact disk ta' marci brijuzi u 1 compact disk tal-Innu l-Kbir Lil San Gwann Battista u innijiet ohra.  Ta' kull sena l-banda tiehu sehem attiv fil-purcissjoni pageant ta' Marija Addolorata li jssir fix-Xewkija.  Ta' kull sena l-banda tiehu sehem fil-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista li issir fix-Xewkija.  Lejn  l-ahhar ta' Novembru l-banda tiehu sehem attiv f'jum ix-Xewkija fejn taghmel marc u programm muzikali.  F'lejlet il-Milied il-banda tiehu sehem fil-purcissjoni tal-Bambin tal-Milied billi doqq ghanjiet tal-Milied.