Grajjietna

Nhar it-13 ta' Mejju1929, issir l-ewwel laqgħa tal-kumitat tal-banda, u jingħata l-isem ufficjali tal-banda bl-isem Prekursur.

1 ta' Jannar 1930, l-ewwel servizz tal-Banda fix-Xewkija u  nhar  is-17 ta' Lulju f'Għajnsielem.

Nhar 24 ta' Ġunju 1931, il-Banda jdoqq l-Innu il-Kbir “Innnu  Decollazzione di San Giovanni Battista, tas-Surmast Andrea Borg.

.Nhar it-23 ta' Settembru 1923, il-banda Prekursur ħadet sehem fi-lparteċipazzjoni tas-7 ċentinarju  mill-mewt ta’ Sant’Antnin fir-Rabat, Għawdex.

1934, Il-moviment tal-Boy Scouts jingħaqad mall-banda Prekursur.

 Il-banda Prekursur laqgħet lill-Kardinal A. Lepecier u lill-Gvernatur Sir D.G.M. Campbell fix-Xewkija, nhar  id-9 ta' Mejju 1935.

Il-banda tilqa fil-każin tagħha lill Gvernatur Sir Charles Bonham Carter, nhar it-13 ta' Settembru 1936.

It-Truppa ta’ l-Iscouts marret Malta fejn ħadet sehem fil-Gambori fl-istadium tal-Gżira,  nhar it-12 ta' Mejju 1937. Nhar it-13 ta' Mejju 1937, il-banda Prekursur ħadet sehem fil-parteċipazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ l-Inkoronazzjoni tar-Re Ġorġ Vl.. 

 Fil-31 ta' Lulju 1938, il-banda Prekursur tagħmel l-ewwel servizz f’Malta, f’San Pawl il-Baħar.

1946,Il-Banda Prekursur imħabba l-gwerra kellha twaqqaf l-attivitajjiet kollha tagħha.

Fit-22 ta' Mejju 1956,  Grupp ta’ xi bandisti qodma u dilettanti Xewkin jerġgħu jirrinovaw il-Banda Prekursur.  Nhar it-26 ta' Awwissu 1956, il-banda Prekursur ipparteċipat fl-okkażjoni tal-Kungress Ewkaristiku fix-Xewkija.  Jinfettah il-każin il-ġdid tal-banda.

 Fit-28 ta' April 1957, il-banda Prekursur ħadet sehem fl-ewwel parteċipazzjoni fil-karnival fir-Rabat.

Il-banda tipparteċipa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu f’San Ġiljan, Malta, nhar is-27 ta' Lulju 1958.

 L-Arċisqof Mikiel Gonzi u l-arċipriet Ġużeppi Grech jagħmlu żjara fil-kaħin tal-banda, nhar  il-5 t'April 1959.   Nhar it-12 ta' Settembru 1959,  jindaqq għall-ewwel darba l-Innu lil Għawdex mill-banda Prekursur fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali fir-Rabat, Għawdex.

1960. Il-banda Prekursur tiehu sehem fic-celebrazzjonijiet biex jitfakkar id-dsatax ic-centinarju mill-migja ta’ San Pawl, nhar is-17 ta' Lulju 1960.

 Nhar is-19 ta' Frar 1964, isir il-kuntratt tax-xiri tal-każin il-ġdid min għand l-aħwa Magro.

Isir il-ftuħ uffiċjali tal-Każin tal-banda Prekursur, nhar il-Ħadd l-20 ta' Ġunju 1965.

 Il-Banda Prekursur tibda tieħu sehem fil-purċissjoni tal-Bambin tal-Milied, fix-Xewkija, lejlet il-Milied  nhar l-24 ta' Diċembru 1966.

Nhar is-16 ta' Novembru, 1967, il-banda Prekursur tieħu sehem fl-okkażjoni tal-vista rjali tar-Reġina Eliżabetta ll fix-Xewkija.

 Nhar il-25 ta' Jannar 1968, il-banda ħadet sehem fi programm karnivalek li sar fil-lukanda Malta Hilton, San Ġiljan. Jaslu l-istrumenti ġodda mid-ditta Orsi ta’ l-Italja, nhar l-24 ta' Frar 1968. Il-Banda bdiet tieħu sehem fi-purċissjoni ta’ Marija Addolorata, x-Xewkija , nhar il-5 t'April 1968.

Il-Banda Prekursur idoqq għall-ewwel darba Innu Grandioso per La Nativita` di San Giovani Battista, tas-Surmast Indri Borg, ix-Xewkija, nhar 20 ta' Ġunju 1970.  Nhar it-12 ta' Luju 1970, l-banda tieħu sehem fil-festa ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi.

Nhar il-25 ta' Frar 1972, il-Banda Prekursur akkumpanjat fil-funeral tas-Surmast fundatur Indri Borg, fir-Rabat, Għawdex. Nhar 19 ta' Settembru 1971, il-banda Prekursur akkumpanjat fil-funeral tal-arċipriet Joseph Grech.

Il-Banda Prekursur tipartecipa fil-festi Tri-Ċentinarji li saru fix-Xewkija, bejn is-17 ta' Ġunju sal 25 ta' Ġunju 1978.

1979. Il-Banda Prekursur tfakkar il-Ħamsin Anniversarju tagħha, nhar 1 ta' Jannar 1969.  Joħroħ il-ktieb “Tifkirijiet u Ġrajjiet” tal-Banda Prekursur, nhar it-22 ta' Ġunju 1979.

Nhar is-27 ta' Lulju 1981, il-banda tieħu sehem fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu f'San Ġiljan.

Il-banda tipparteċipa fl-okkażjoni tal-vista tal-Kardinal Irlandiz O’Fiach, fix-Xewkija, nhar il-11 ta' Jannar 1981.

Il-banda Prekursur tfakkar is-sittin anniversarju tagħha, nhar l-20 ta' Mejju 1989.

Nhar is-26 ta' Mejju 1990, il-Banda laqgħet lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu ll hħejn il-Mitħna tax-Xewkija.

Il-banda Prekursur bdiet tipparteċipa f’Jum ix-Xewkija, li sar nhar is-26 ta' Novembru 1994. 

Nhar l-24 ta' Awwissu 1996, il-Banda Prekursur tagħti l-ewwel programm mużikali barra minn xtutna, ġewwa t-Tuneżija.

13 ta’ Mejju 1999, joħroġ il-ktieb tal-Banda Prekursur 70 sena 1929 - 1999.  Nhar l-4 ta’ Settembru 1999, il-banda Prekursur tipparteċipa fil-festa tal-Vittorja tal-Mellieħa. 

Issir programm funebri fil-knisja Rotunda tax-Xewkija, nhar is-19 ta’ April 2000.

Nhar is-7 ta’ Novembru 2003,jiġi organizzat Teens Festival mill-banda Prekursur.

Il-banda takkumpanja lill-Kappillan il-ġdid Dun Edward Xuereb fir-raħal tal-Għasri. nhar it-28 ta’ Marzu 2004.  Nhar it-13 ta’ Ġunju 2004, issir il-ftuħ tal-wirja dwar l-istorja tal-Banda Prekursur.  Nhar is-17 ta’ Ġunju 20014, isir programm muzikali tal-75 Anniversarju tal-Banda Prekursur fix-Xewkija. Żewġ programmi mużikali barra minn xtutna, wieħed ġewwa Telese nhar id-29 ta’ Ottubru 2004 u l-ieħor f’Castelvenere nhar l-1 ta’ Novembru 2004 fl-Italja.  Nhar id-29 ta’ Diċembru 2004, il-Banda  Citta` Di Castelvenere tagħmel żjara fil-kaħin tal-banda Prekursur. 

Fl-1 ta’ Jannar 2005, ġiet organizzata Get Together bejn il-banda Prekursur u l-banda Citta’ Di Catelvenere fil-każin tal-banda Prekursur.

 Nhar is-7 ta’ Marzu 2006, issir l-ewwel żjara fil-każin tal-banda Prekursur mill-Isqof Mario Grech.  Nhar  is-7 ta’ Mejju 2006,isir ir-Rekording tal-Innu l-Kbir u Innijiet ta’ San Ġwann Battista. 

7 ta’ Ġunju 2006, il-banda Prekursur tieħu sehem fl-okkażjoni tal-wasla tal-Qniepen il-Ġodda, ix-Xewkija.

30 ta’ Marzu 2007, il-banda żanżnet Standard ġdid li kien ikkummissjonat mill-Familja Vella.

9 ta’ Ġunju 2007, marċ mill-banda Prekursur fl-okkażjoni tat-Tberik tal-Koppla ta’ quddiem u tas-Salib, ix-Xewkija.

24 ta’ Novembru 2007, sar il-kxif u t-tberik tal-Monument tal-Istatwa ta’ San Ġwann Battista, fi Triq Widnet il-Baħar, mogħtija mill-kumitat Żgħażagħ Xewkin fi ħdan il-banda Prekursur fl-okkazjoni tal-għaxar anniversarju mill-ħidma ta’ dan il-kumitat.

6 ta’ April 2008, il-banda daqqet innijiet reliġjużi waqt il-purċissjoni tal-Kungress tax-Xirka tal-Isem Imqaddes t’Alla,li sar fix-Xewkija.

13 ta’ Mejju 2008, ġiet organizzata serata mużikali mill-aljievi tal-banda fl-okkażżjoni ta’ anniversarju tal-banda fil-każin

9 ta’ Diċembru 2008, saret l-ewwel żjara kulturali fil-każin tal-banda mill-istudenti tar-raba` sena mill-Iskola Roża Magro tax-Xewkija.

12 ta’ April 2009, il-banda ħadet sehem fl-ewwel purċissjoni ta’ Kristu Irxoxt fix-Xewkija, billi daqqet marċi ferrieħa waqt il-purċissjoni.

13 ta’ Mejju 2009, ġiet organizzata għat-tieni sena konseguttiva serata mużikali mill-aljievi tal-banda fl-okkażżjoni tat-80 anniversarju tal-banda Prekursur fil-każin.  Wara sar il-ftuħ uffiċjali tas-sit elettroniku www.bandaprekursur.com .

16 ta’ Ġunju 2009, programm mużikali u marċ fl-okkażżjoni tat-80 Anniversarju tal-Banda Prekursur, ix-Xewkija.

6 ta’ Frar 2010, sar ir-rekording fuq l-ewwel C.D. tal-marċi funebri fiċ-ċentru parrokkjali tax-Xewkija.

10 ta’ Ġunju 2011 sar programm mużikali mill-banda Prekursur fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-festival FIORI D’ARGENTA organizzat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

19 ta’ Ġunju 2011, il-banda għamlet marċ f’okkażjoni tal­­­­­­­­­­­­­­­‑Prima Messa tal-Qassis Novel Trevor Sultana, ix-Xewkija.

3 ta’ Lulju 2011, il-banda għamlet marċ f’okkażjoni tal­­­­­­­­­­­­­­­‑Prima Messa tal-Qassis Novel Franklin Vella, ix-Xewkija.

19 ta’ Ġunju 2012, programm mużikali ħdejn il-każin tal-banda, fl-okkażżjoni tal-inawgurazzjoni u tberik tar-restawr tal-faċċata tal-każin tal-Banda Prekursur, ix-Xewkija.

20 ta’ Ġunju 2012, ftuħ ta’ Wirja fil-każin tal-Banda Prekursur, dwar il-Kult tal-Battista matul iż-Żminijiet.

12 ta’ Mejju 2013, l-Kanonku Dun Eddie Zammit ġie maħtur Direttur Spiritwali tal-banda Prekursur.

13 ta’ Mejju 2013, il-pittur Xewki Joseph Calleja ġie maħtur President Onorarju tal-banda Prekursur.

15 ta’ Ġunju 2013, ftuħ ta’ Wirja fil-każin tal-Banda Prekursur, dwar il-pittur Mattija Preti f’għeluq l-400 sena minn twelidu

23 ta’ Novembru 2014, il-banda Prekursur tieħu sehem għall-ewwel darba fil-purċissjoni tal-festa ta’ Sant’Andrija, fil-parroċċa tal-Fontana.

21 ta’ Diċembru 2014, ġiet organizzata D Youth Band Christmas Concert fil-każin tal-banda.

Is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2015, filgħodu saret vista fil-każn tal-banda mid-delegazzjoni tal-Katidral ta’ Ragusa, fis-Sqallija, imexxija mill-arċipriet u l-komunita ta’ Ragusa.

11 ta’ Settembru  2015, l-ewwel żjara fil-każin tal-banda Prekursur mill-arċipriel il-ġdid Dun Daniel Xerri.

8 ta’ Novembru 2015, il-banda tieħu sehem fl-okkażjoni tal-pusses tal-arċipriet il-ġdid Mons. Daniel Xerri, ix-Xewkija.

Is-Sibt 12 ta’ Marzu 2016 il-banda Prekursur għamlet programm ta’ Mużika Sagra fil-knisja Rotunda tax-Xewkija.

It-Tnejn 20 ta’ Ġunju 2016, saret l-inawgurazzjoni tal-wirja fil-każin tal-banda Prekursur bl-isem HIDMIETNA, fl-okkażjoni tal-20 sena Anniversarju tas-Sotto Kumitat taż-Żgħażagħ Brijużi Xewkin.