Is-Sede Tas-Socjeta Filarmonika Prekursur

Il-kazin tal-Banda Prekursur qieghed fi Triq Santa Katerina numru 43/45.  Dan il-lokal kien iservi bhala skola elementari bejn is-sena 1861 sal-1919.  Hafna minn nanniet taghna hadu l-edukazzjoni taghhom f’dan il-post.  Dan il-bini kien propjeta` ta’ Ganni Magro ta’ Ghakrex.  Wara li serva ta’ skola serva wkoll ta’ mahzen tal-merkanzija tal-ahwa Magro.  Huwa post kbir b’zewg sulari b’xi ghaxar  kmamar zghar u kbar.  Fih kien isir ukoll xoghol konness mal-fabbrika tat-tadam.  Kienu jsiru l-landi tal-kunserva u meta bnew il-fabbrika tar-Rabat, f’dan il-post kienu jahznu biss il-kunserva fih.


 Ghall-habta tas-sena 1963 il-kumitat tal-Banda Prekursur billi ra li l-kazin li kellu kien zghir, thajjar jara jsibx jixtri xi post u jirrangah ghall-kazin tal-Banda.  Saru hafna proposti u fl-ahhar ta’ Dicembru 1963 inhatret delegazzjoni sabiex tkellem lill-ahwa Magro biex jaraw iridux ibighu dan il-post u xi kemm iridu tieghu.  Wara hafna diskussjonijiet u trattativi il-prezz gie miftiehem.  Il-prezz kien ta’ Lm 2400  hlas fil-pront.  F’seduta tas-26 ta’ Jannar 1964 il-Kumitat iddecieda li jitlob lill ahwa Magro  sabiex ituna l-imfietah biex narawh u jigi diskuss ix-xoghol li jrid isir.  Rigward il-flus id-delegazzjoni marret ghand l-Isqof t’Ghawdex u talbitu jislifha Lm 2500 bl-erbgha fil-mija mghax.  L-Isqof accetta wara hafna rakkomandazzjonijiet  u diskors, sar ftehim sabiex wiehed mill-kurja jkun prezenti fil-kuntratt tax-xiri.  F’seduta tat 2 ta’ Frar il-kumitat tal-Banda iddecida min kienu dawn iz-zewg membri tal-kumitat li kienu ser jidhru f’dan il-kuntratt tax-xiri.  Dawn iz-zewg presuni jridu jibqghu fil-kumitat tal-Banda sakemm jithallas id-dejn tal-kurja u huma jridu jkunu responsabbli tad-dejn ta’ dan il-Kazin.  Il-kuntratt sar fis-19 ta’ Frar 1964 ghand in-nutar is-Sur Ganni Busuttil mir-Rabat t’ Ghawdex.  Prezenti ghal dan il-kuntratt kienu s-Sur Wenzu Camilleri u s-Sur Zareno Calleja president u segretarju rispettivament.


 Gie deciz li bil-parir tal-bennej Guzeppi Vella, tal-Malla, jibdew ihottu xi bcejjec minn dan il-post.  Ix-xoghol beda gmielu u Toni Camilleri meghjun minn Zakkarija Cilia u ohrajn bdew ihottu bicca kbira tal-lokal.  Ix-xoghol beda jsir b’ritmu mghaggel u kullhadd beda jaghti sehmu.  Tnehha t-tarag li kien hemm u floku inbeda tarag  tassew sabih u spazjuz.  Toni nizzel l-intrata u tella’ intrata kbira b’zewg kmamar laterali.  Il-bieb gie rinnovat u ttellghu zewg kolonni tal-gebel mieghu.  Il-kmamar ta’ fuq saru kamra wahda u hekk giet sala kbira u spazjuza ghall-kuncerti.  Xi bandisti wkoll taw daqqa t’id fosthom Guzepp Spiteri li pogga il-madum ta’ fuq.  Il-bicca l-kbira tal-madum inhadem fil-kazin minn Guzeppi Pace u ohrajn.  Ganninu Haber flimkien mat-tfal tieghu hadu hsieb l-aperturi biex jaghmlulhom l’ hemm bzonn.  Kulhadd ta’ daqqa t’id u ghen f’dan il-progett.  Il-bicca l-kbira tax-xoghol sar minghajr hlas u xi drabi b’sagrificcju personali.  Kien jithallas biss il-materjali kien ikun hemm bzonn.  Il-kazin beda jinbidel fl-ghamla li kien fih u beda jiehu dehra ta’ kazin ta’ banda.  Mill-bitha li kienet ghalqa tnehhiet il-hamrija u l-bitha z-zghira giet moghtija il-konkrit.  Il-kazin issa kien lest u saru preparamenti sabiex il-Banda tinzel f’dan il-post gdid.


 Il-kumitat tal-Banda Prekursur iddecieda li l-ftuh tal-kazin issir il-Gimgha ta’ qabel San Gwann ezattament fl-20 ta’ Gunju 1965.  Il-kazin issa kien jikkonsisti f’intrata b’ zewg kmamar laterali wahda fuq kull genb, il-bar u intrata wara.  It-tarag li huwa wiesa’ u spazjuz jaghti ghal gewwa  sala kbira u kamra ohra li tintuza mill- kumitat. Wara hemm kamra u tieqa ghal barra.  Isfel hemm bitha kbira u fil-genb hemm kamra bhala store u wara kollox gnien kbir.  Din il-bitha nksiet bis-siment sabiex isservi ta’ teatru fil-berah.  Faccata  kien sar palk tal-gebel ghal xi attivitajjiet.  Il-kazin barra zewg bibien principali ghandu bibien ohra li jaghtu ghall-isqaq.  Diversi twieqi jaghtu ghal barra u fuq il-bieb principali hemm ukoll gallerija maghluqa.


 Is-sala tal-kazin kienet isservi pricipalment ghall-kuncerti.  Fiha kienet issir ukoll il-quddiesa ta’ l-ewwel Gimgha tax-xahar li ghalija jattendu hafna nies.  Xi drabi f’din is-sala jsiru xi lectures u xi drabi tigi uzata ghal xi riceviment.  Fil-kazin insibu table soccer, billjard modern, darts u loghob tal-bocci.  Isiru parties tal-Milied ghat-tfal Xewkin.  Inxtraw siggijiet godda u dawn tpoggew fis-sala ghall-uzu tal-bandisti waqt il-kuncerti.


 Fil-bitha tal-kazin isiru diversi socials fosthom l-Ghanja Sajfija li ta’ kull sena kien ikun hemm attendenza numeruza.  Issa dan l-ahhar snin din l-attivita’ qieghda ssir fic-centru parrokkjali billi fic-centru hemm iktar spazju u kumdita.  Saru hafna attentati sabiex din il-bitha tissaqqaf u ssir sala kbira ghaz-zfin, shows u attivitajjiet ohra.  Ghalkemm kienet ser issir pjanta ta’ sala kbira mill-mejjet perit  is-Sur Wigi Portelli dan il-progett sfuma fix-xejn billi kien jirrikjedi somma mhux  hazin  u l-Banda ma kenitx tiflah ghal dawn l-ispejjez.


 Fis-sena 1971 bis-sahha tal-kaxxier ta’ dak iz-zmien is-Sur Wistin Dingli, il-faccata tal-kazin giet moghtija kisja muzajk li mhux biss sebbah it-Triq imma spikka iktar.  Inxtara xater tal-hadid minn  ghand Ganni Calleja u wara gie rrangat u mwahhal fil-bar.  Inxtraw ukoll 250 siggu uzati sabiex iservu ghal meta jsiru xi shows fil-bitha. Inbniet kamra kbira fuq l-istores biex isservi ghas-seduti tal-kumitat.  Din il-kamra bnewha minghajr hlas is-Sur Charlie Le Prevost u s-Sur Ganni Vella bandist habrieki hafna.  Din il-kamra  giet attrezzata b’sufanijiet u affarijiet ohra sabiex tkun dicenti ghal-laqghat tal-Kumitat.  Hawn jigu milqugha diversi persuni distinti li jigu fil-kazin tal-Banda Prekursur.


 Fis-sena 1979 il-Banda Prekursur ikkommemorat il-hamsin sena mit-twaqqif taghha.  Fil-kazin twahllet irhama ghal din l-okkazjoni sabiex tfakkar li l-Banda taghna twaqqfet fis-sena 1929 taht idejn Mro Indri` Borg.


 Fis-sena 1982 il-kumitat  ta’ dak iz-zmien xtaq jimmodernizza iktar il-kazin.  Fil-bidu ta’ din is-sena saru diversi preparamenti  sabiex dan ix-xoghol jinbeda.  Ix-xoghol tal-gebel gie fdat f’idejn il-bennej Guzepp Vella, il-Gelgul, mix-Xewkija.  Id-dawl kollu gie rinnovat mis-Sur Joe Buttigieg.  Il-madum u affarijiet ohra gew moghtija lil Guzepp Xuereb biex jiehu hsieb.  Ix-xoghol tal-injam gie moghti lil nies differenti.  Infetah hajt quddiem il-bar u saret hnejja kbira biex jikber il-bar.  Il-bitha z-zghira ssaqfet u fil-genb saru zewg toilets, wiehed ghall irgiel u l-iehor ghan-nisa.  Infethet arkata kbira hafna fit-tarag li jaghti ghal kamra u isfel sar qisu foyer kbir u spazjuz fejn jistghu jsiru dances, discos etc..


 Il-bar issa sar iktar komdu u wiesa’.  Inxtrat freeezer gdida ghall-bank tal-bar.  Din inxtrat minn ghand id-ditta Forestals u qamet ma- Lm 750.  Il-bank ta’ din il-freezer huwa xoghol tal-mastrudaxxa s-Sur Ganni Attard mix-Xewkija.  Issa li l-bar kiber kien hemm bzonn ta’ iktar imwejjed.  Ghal dan haseb il-veteran is-Sur Gorg Vella li hadem minghajr hlas erba’ mwejjed sbieh hafna.  Il-madum tal-bar u tal-kmamar gie ordnat u mixtri min ghand is-Sur Karmnu Cauchi mix-Xewkija.  Dan ix-xoghol u affarijiet ohra li nxtraw ghall-kazin intelghu ’l fuq minn Lm 7000.  Kien ikun hemm aktar spejjez kieku mhux ghax hafna mill-membri tal-kumitat, xi bandisti u anke benefatturi mhux biss ghenu fix-xoghol tal-bini u affarijiet ohra imma sahansitra kkontribwew ghal dawn l-ispejjez.Prosit imur specjalment lis-segretarju generali is-Sur Carmelo Attard li ha hsieb ix-xoghol mhux biss jimxi ‘l quddiem imma ukoll isir sewwa.


 Il-ftuh ufficcjali sar is-Sibt l-20 ta’ Gunju 1982.  Sar marc mill-kazin ghall-pjazza u lura akkompanjata mill-arcipriet u mill-kumitat tal-Banda.  Fejn il-bieb tal-kazin sar diskors sabih mill-president tal-Banda it-tabib John Xuereb Dingli M. D. li wara fetah ufficcjalment il-kazin tal-Banda.  L-arcipriet Mons Carmelo Mercieca bierek il-post.  Wara ghamel diskors inkoragganti u saret bibita lill-bandisti, lill-kumitat, lill-arcipriet u lill-kleru kollu tax-Xewkija.
 Hafna dilettanti tal-bocci bdew jigu jaghmlu xi partita fil-bitha u bdew ta’ kull jum jizdiedu.  Inxtara television tal-kulur u issa tista’ tghid li l-bandisti u l-ammiraturi tal-Banda Prekursur ghandhom fejn imorru jqattghu siegha ta’ divertiment.  Dan il-kazin tal-Banda Prekursur huwa propjeta tal-Banda u qieghed sabiex jaqdi lill Banda u lix-Xewkin kollha.  Il-kumitat jisthoqqlu kull tifhir talli qed jiehu hsieb bis-serjeta’ dawk il-bzonnijiet li jkun hemm.  Ma nafx ghaliex ghad hawn hafna Xewkin li meta ssemmilhom il-Banda taghna ma jaghtux kas.  Dan huwa sforz l-injuranza jew  inkella xehha u ma’ jridux ikunu generuzi mal-Banda.  Ma jafux dawn it-talin li l-Banda taghmel unur lir-rahal taghna, ix-Xewkija, li ghandha kazin taghha ghaliex l-ebda ghaqda fix-Xewkija ma ghandha lokal attrezzat daqs il-kazin tal-Banda.  Il-Banda u l-kazin gid jaghmlu lir-rahal taghna billi jaghtu edukazzjoni fl-arti muzikali lit-tfal taghna u jzommuhom il-boghod mill perikli li jinsabu madwarna.


 Fis-sena 1995 il-kumitat tal-Banda ta’ bidu ghal progett fil-kazin biex bhala socjeta` tkun tista’ tiffunzjona ahjar.  Mhabba li s-sala tal-kuncerti kienet tinhass zghira, gie deciz li naghmlu sala akbar ghal-kuncerti u s-sala  prezenti tkun fejn jiltaqa’ l-kumitat u fejn nilqghu xi mistednin li jigu jzuruna.  Wara li gie deciz li l-kamra tal-kumitat titwaqqa’ u johorgu xi tliet metri fuq il-bitha.  Il-kumitat hatar lill-perit Xewki Ganni Saliba sabiex flimkien jaghmlu il-pajnti mehtiega.  Fit-8 ta’ Settembru 1995 inghata l-bidu ghal dan il-progett tas-sala il-gdida tal-kuncerti.  Ix-xoghol fuq din is-sala sar minn xi bandisti, mill-membri tal-kumitat u soci tas-socjeta` volontarjament.  Ghalkemm ix-xoghol sar volontarju, il-materjal u attrezzi ohra ghal din is-sala kien stmat li jilhaq is-somma ta’ Lm 8000.  Ahna nifhmu li l-poplu tax-Xewkija japprezza ix-xoghol u s-sagrificcji li jaghmlu l-kumitat, u l-bandisti  matul is-sena.  Saret gabra mar-rahal tax-Xewkija ghal dan il-progett u l-poplu Xewki rrisponda tajjeb hafna.


 Ta’ min jirringrazzja lil ghadd ta’ befetturi li kkontribew finazarjament fil-bini ta’ din is-sala.  Bi thabrik ta’ Zakkarija Cilia u ghadd ta’ volontiera ohra  fuq dan ix-xoghol, is-sala tlestiet  minn kollox fi zmien sena.  Il-ftuh ufficcjali ta’ din is-sala il-gdida  li giet iddedikata lis-sur Zakkarija Cilia sar l-Erbgha 18 ta’ Gunju 1997.


 Fil-bidu tas-sena 1998 inghata bidu  ghall-bini ta’ mahzen fil-kazin.  Dan ix-xoghol sar kollu minn membri tal-kumitat, bandisti, soci u volontieri.


 Nhar il-Erbgha 23 ta' Gunju 1999 gie inawgurat it-tarag il-gdid u jnkixfu zewg plakek  li ifakkru lill presidenti u s-surmastrijiet tas-Socjeta` Muzikali Banda Prekursur.


 Ghall-anniversarju tal-75 sena mit-twielid tal-banda, sar xoghol ta’ zeba u tibjid fil-kazin fejn inghata dehra gdida.  Il-Hamis 17 ta’ Gunju 2004 sar il-kxif tal-lapida kommemorativa mill-President ta’ Malta fl-okkazjoni tal-75 anniversarju tal-Banda Prekursur.   L-Erbgha 23 ta’ Gunju 2004 sar il-kxif ta’ bust tas-Surmast fundatur Andrea Borg mis-Sindku Dr. Monica Vella u l-President tal-Banda s-Sur Louis Vella.  L-Erbgha 29 ta’ Dicembru 2004 sar il-kxif tal-lapida kommemorativa sabiex tfakkar iz-zjara tal-Banda Citta Di Castelvenere fil-kazin tal-Banda Prekursur.


  Ghal-ahhar ta’ Settembru tal-2007 beda r-referbishment tal-kazin fis-sular ta’ isfel. Dan setgha jsir grazzi ghal-kumitat tan-Nisa li taw ammont sostanzjali tal-flus.  Grazzi ohra tmur lil Kumitat b’mod specjali lil Joseph Spiteri li hadem bi shih biex dan il-progett setgha jsir.  Ta min jirringrazzja lil dawk kollha li taw xi donazzjoni sabiex sar dan il-progett u b’mod specjali lill kumitati, soci kollha li tant hadmu mill-qalb ghal din is-Socjeta Muzikali sabiex jarawha timxi l-quddiem u jssebbah il-kazin taghha.